Our Lady of Medjugorje Messages

Latest Message, Awissu 25, 2010 [O]

Għeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Latest Message, Awissu 2, 2010 [O] - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.

Message, Lulju 25, 2010 [O]

Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Message, Lulju 2, 2010 [O] - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi itolbu, itolbu ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-mod, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.

Message, Gunju 2, 2010 [O] - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.

Reflection of message

Message, Mejju 25, 2010 [O]

Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Message, Mejju 2, 2010 [O] - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Gheziez uliedi; illum permezz tieghi, it-twajjeb Missier qed isejhilkom sabiex, b' ruhkom mimlija mhabba, tmorru fuq zjara spiritwali. Gheziez uliedi, kunu mimilja bil-grazzja, sincerament iddispjacikom minn dnubietkom u xxennqu ghat-tajjeb. Ixxenqu anke f'isem dawk li ma sarux jafu l-perfezzjoni tat-tajjeb. Tkunu iktar toghgbu lil Alla. Grazzi.

Message, April 25, 2010 [O]

Gheziez uliedi! F'dan iz-zmien fejn intom qeghdien titolbu u tfittxu l-intercessjoni tieghi, insejhilkom tfal ckejknin sabiex titolbu halli permezz tat-talb taghkom Jiena nkun nista' nghinkom biex qlubkom ikunu dejjem iktar miftuha biex jilqghu l-messaggi tieghi. Itolbu ghall-intenzjonijiet tieghi. Jiena maghkom u nintercedi ghal kull wiehed u wahda minnkom quddiem Ibni. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Message, April 2, 2010 [O] - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo

Għeżież uliedi, illum inberikkom b' mod speċjali u nitlob għalikom sabiex terġgħu lura lejn it-triq it-tajba lejn Ibni - is-Salvatur u r-Redentur tagħkom - lejĦ li takom il-ħajja ta' dejjem. Irriflettu fuq dak kollu li hu uman, fuq dak kollu li ma jħallikomx tmorru wara Ibni - fuq dak kollu li jgħaddi, l-imperfezzjonijiet u l-limitazzjonijiet - u mbagħad aħsbu fuq Ibni fuq l-infinita' Divina tiegħu. Bl-abbandun (f'Alla) u bit-talb tagħkom qaddsu lil ġisimkom u pperfezjonaw lil ruħkom. Kunu mħejjija wliedi. Grazzi.
Waqt li l-Madonna kienet sejra, Mirjana rat salib kbir tad-deheb wara l-Madonna.

Message, Marzu 25, 2010 [O]

Għeżież uliedi! Illum ukoll nixtieq insejħilkom biex tkunu b' saħħitkom fit-talb u fil-waqtiet meta jattakkawkom il-provi. Għixu l-vokazzjoni kristjana tagħkom fil-ferħ u fl-umilta' u ixhdu quddiem kulħadd. Jiena magħkom u nġorrkom ilkoll quddiem Ibni Ġesu', u Hu jkun is-saħħa u l-appoġġ tagħkom. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
   




To compare Our Lady of Medjugorje messages with another language versions choose
1 2 3 4 5 6 Next>>
Bookmark and Share

Blessed Virgin Mary - Gospa, Our Lady Queen of Peace, is with us and loves us.